“Bdejna B’Donazzjoni Ta’ 300kg F’Ikel, u Ġugarelli Għas-Santwarju Tal-Annimali” – Il-Ministru Miriam Dalli

Il-jum tal-Ħadd beda fuq nota pożittiva u b’ġest nobbli għall-Ministru Miriam Dalli.

Flimkien mat-tim tagħha fi ħdan il-Ministeru tal-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli ppreżentat donazzjoni ta’ ikel, kif ukoll ġugarelli għall-annimali fis-santwarju Association for Abandoned Animals, magħruf bħala AAA. Miriam Dalli qalet ukoll li ser ikunu qed jagħmlu attivitajiet simili f’lokalitajiet oħra differenti.





Huwa importanti li naħsbu wkoll fl-annimali li jgħixu f’dawn ix-xelters u santwarji u l-għajnuna hija dejjem tajba għaliex dawn l-organizzazjonijiet biex ikun possibli għalihom li jsalvaw, jgħixu u jitimgħu lil annimali jaħdmu ħafna drabi bid-donazzjonijiet li jirċievu. Għalhekk huwa ġesti bħall dawn huma sbieħ u ta’ importanza għal dawn l-organizzazjonijiet.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI