Fuq il-paġna Parroċċa San Sebastjan – St Sebastian Parish – Qormi kitbu messaġġ biex jawguraw lill-Mons. Dun Charles Cordina u lill-Kan. Dun Vinċenz Borg li llum jiċċelebraw anniversarju ieħor mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tagħhom.
Huma kitbu, “Il-Parroċċa tifraħ u tawgura lill-Mons. Dun Charles Cordina, ir-raba’ Kappillan tal-Parroċċa tagħna (1988-1995), u lill-Kan. Dun Vinċenz Borg li għada jiċċelebraw il-51 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tagħhom. Filwaqt li nifirħu magħhom għad-don tas-saċerdozju, inkomplu nitolbu għalihom u għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi mill-Parroċċa tagħna. Ad Multos Annos!”
It-tim ta’ Gwida.mt jawguralhom mill-qalb!