L-Air Malta ġiet ivvutata bħala t-tielet l-Aqwa Linja tal-Ajru Reġjonali fl-Ewropa u l-10 l-Aqwa Linja tal-Ajru Reġjonali fid-Dinja. Dawn ġew imġabbra fl-Iskytrax World Airline Awards 2021.
Il-linja tal-ajru Maltija ġiet ivvutata wkoll bħala l-Ħames L-Aqwa Linja tal-Ajru fin-Nofsinhar tal-Ewropa.
Bħala riżultat ta’ din il-prestazzjoni pożittiva, l-Air Malta telgħet 7 postijiet għat-80 post mill-350 linja tal-ajru inklużi fir-riżultati tal-istħarriġ.
Il-premjijiet Skytrax huma l-punt ta’ riferiment globali tal-eċċellenza tal-linji tal-ajru u l-għodda primarja ta’ parametri referenzjarji għal-livelli ta’ sodisfazzjon tal-passiġġieri tal-linji tal-ajru madwar id-dinja.
Facebook/Air Malta