Il-kantant lokali Victorio Gauci fuq il-mezzi soċjali tiegħu jaqsam reel tal-għażiż ibnu ż-żgħir, hekk kif illum qed jiċċelebra għeluq sninu. F’dan il-jum għażiż hu jaqsam messaġġ ħelu biex jawgura lil ibnu.
Victorio jibda billi jikteb, “Nawguralek għeluq il-5 snin it-tajjeb lill-istilla ċkejkna tagħna, Luigi! Qed tikber daqstant malajr! Għadni niftakar il-ġurnata li wasalt, imkebbeb u ħelu. Inħobbu nagħtuk it-tgħanniq u nħarsuk bħal supereroj!”
Hu jtemm jgħid, “Nittamaw li dejjem tkun trid dak it-tgħanniq għax aħna se nkunu hawn, nistennewk! Nawguralek ħajja mimlija daħk u ferħ, fejn aħna ninkoraġġuk f’kull pass.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Luigi l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu sena mimlija hena, ferħ u saħħa. Awguri!
Facebook / Victorio Gauci