Ira Se Tkun Il-Head of Household Għal Din Il-Ġimgħa Fuq Deċiżjoni Tal-Pubbliku

Għall-kuntrarju tal-ġimgħat preċidenti, waqt Big Brother Malta, din il-ġimgħa l-pubbliku ngħata l-opportunità li jkun hu li jivvota u għalhekk jiddeċiedi min għandu jkun il-Head of Household.

Proprju ftit minuti ilu, għadu kif ġie żvelat li fil-fatt ir-residenta Ira ġabet l-iktar ammont ta’ voti mill-pubbliku u għalhekk hi qed tokkupa l-irwol ta’ Head of Household matul din il-ġimgħa.

Dan ifisser ukoll li Ira għandha immunità mill-eliminazzjoni għal din il-ġimgħa, bħalma għandu wkoll Gabriel minħabba t-telefonata li kien wieġeb waqt ix-xandira diretta ta’ nhar il-Ħadd.





Intom taqblu li Ira saret Head of Household?

Ritratti: Facebook / Big Brother Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI