Luke Dalli, f’għeluq snin missieru jaqsam ritratt tassew ħelu. Sempliċi iżda juri l-imħabba ta’ missieru. Hu jikteb, “Għażilt ritratt differenti dis-sena. Mhux b’ħafna pożi u tbissim sfurzat, iżda f’mument naturali li joħroġ il-veru karattru tiegħek. Mal-aktar żewġ kreaturi li jtuk ferħ u sodisfazzjon f’ħajtek, in-neputijiet tiegħek.”
Luke iżid, “Patrick huwa dan li qed naraw fir-ritratt. Bniedem b’qalb tad-deheb, sensittiv u emozzjonali. Missier iffukat, nannu qalbieni, pittur prim u negozjant determinat. Illum Patrick jagħlaq sebgħin sena. Iva qed taqra sew, 70. Tal-għaġeb hux, imma dik ir-realtà.”
Hu jtemm jgħid, “Allura llum niċċelebrak b’mod speċjali, għaliex kieku mhux għalik, dil-ġmiel ta ħajja li qed ngħixu ma tkunx possibbli. Grazzi Pat, awguri, u nħobbuk.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw l-isbaħ xewqat lill-għażiż missieru u nittamaw li jkollu jum mill-isbaħ, u sena mimlija avventuri, saħħa u hena flimkien mal-għeżież uliedu u n-neputijiet li tant iħobb. Awguri.