Bil-Filmat: "Issa Ħa Nibdew Il-Grupp Ta' Bejn Il-75 U 80 Sena" – Il-Ministru Chris Fearne

Kull min għandu bejn il-75 u t-80 sena se jibda jirċievi l-ittra ta’ stedina għall-vaċċin mill-ġimgħa d-dieħla, ħabbar il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. F’intervista fuq Pjazza, Fearne qal li t-tilqima tal-anzjani u tal-persuni vulnerabbli miexja bi proċess ġmielu.

Dawk li għandhom iktar minn 85 sena prattikament ingħataw il-vaċċin, il-ftit li fadal li għadhom fil-proċess li jieħdu l-vaċċin billi ma jistgħux jitilqu minn djarhom. Iktar minn żewġ terzi ta’ dawk li għandhom iktar minn 80 sena rċivew il-vaċċin tagħhom kontra l-Covid-19.

“Mill-aħħar ta’ din il-ġimgħa sal-bidu tal-ġimgħa d-dieħla dawk il-persuni ta’ bejn 75 u 80 se jibdew jirċievu l-ittra ta’ stedina għall-vaċċin bl-appuntament tagħhom sabiex f’madwar ġimagħtejn jibdew jirċievu l-vaċċin ukoll,” Fearne qal.





Facebook / Chris Fearne



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI