“Is-Sur Emmanuel Mizzi… Mar Jiltaqa’ Mal-Mulej Aktar Kmieni Lbieraħ” – Għaqda Mużikali San Ġużepp Ħal Għaxaq

L-Għaqda Mużikali San Ġużepp Ħal Għaxaq sellmu l-memorja tas-Sur Emmanuel Mizzi li mar jiltaqa’ mal-Mulej.

Kitbulu, “L-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq issellem il-memorja tas-soċi onorarju tal-Għaqda, is-Sur Emmanuel Mizzi magħruf aħjar bħala (Leli iċ-chippy) li mar jiltaqa’ mal-Mulej aktar kmieni lbieraħ, il-Ġimgħa 29 ta’ Mejju 2026, propju fil-ġurnata ta’ ħruġ min-niċċa ta’ San Ġużepp. Fiż-żmien li kien qed jiġi ffinalizzat il-proġett tal-bini tal-każin, Leli kien wieħed minn dawk li kont issibu minn tal-ewwel biex jagħti daqqa t’id fejn ikun hemm bżonn, b’mod speċjali fix-xogħol ta’ tibjid tal-każin. Fis-servizzi tal-banda kien wieħed li dejjem kont tarah iżomm l-istandart tal-banda.”



Żiedu jgħidu, “Leli kien ukoll devot kbir ta’ San Ġużepp. Huwa kien ferm attiv fil-Fratellanza Ġużeppina fejn f’kull servizz tal-fratellanza, kemm fir-raħal u anke barra, kont tarah minn ta’ quddiem iżomm l-istandart. Ta’ dan kollu u hafna iktar, is-soċjetà Ġużeppina tgħidlek grazzi Leli. Il-funeral ta’ Emmanuel Mizzi ser isir nhar it-Tnejn li ġej l-1 ta’ Ġunju fil-knisja parrokjali ta’ Ħal Għaxaq b’quddiesa prezente catavre fit-3:00pm. Nestendu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u l-ħbieb ta’ Leli f’dan il-mument diffiċli.”



Jistrieħ fis-sliem u l-paċi.



Ritratti:

Facebook / Għaqda Mużikali San Ġużepp Ħal Għaxaq

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI