"Nippreferi Ġurnata Skumdità Milli Nispiċċa F'Tebut" – Għalliem Li Ħa T-Tilqima Kontra L-Covid-19

Smajna diversi opinjonijiet u verżjonijiet mingħand edukaturi diversi. Hawn uħud qed iħarsu lejn il-vaċċin bħala xi ħaġa li jinsabu ħerqana għaliha, hawn min se jaċċetta li jitlaqqam minkejja kellu xi dubji, u hawn min ma jridx jaf.

Malta News Photos and People ippubblikaw dak li qal edukatur wara li ħa t-tilqima. Hu qasam l-esperjenza tiegħu, l-opinjoni tiegħu kif ukoll isemmi dak li qed iħoss.

“Ilbieraħ kelli l-opportunità li nieħu l-ewwel doża tat-tilqima Astra Zeneca bħala edukatur. Għalkemm tela’ harira deni u wġigħ fil-ġogi, inħeġġeġ lil kulħadd sabiex ma jibzax jieħu t-tilqima meta jigi mistieden ghaliha… nippreferi ġurnata skumdità d-dar u nista’ nkompli bir-rutina ta’ ħajti, milli nispiċċa fit-tebut… Bħal dejjem, l-akbar tislima u l-akbar uġigħ imur ghal min tilef lil xi ħadd jew hakmitu din il-marda… u ma rridx ninsa lil dawk it-tobba u paramedici kollha li qed jaghmlu xogholhom b’tant reqqa u metikolozità minkejja li jesponu ruħhom ghal hafna mard kontinwu. GRAZZI!”

Ninagħqdu ma’ dan l-edukatur u nirringrazzjaw lit-tim mediku u frontliners, inkluż l-edukaturi, tal-ħidma riskjuża li qed jagħmlu.

Google Images/ Freepik







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI