"Is-Sabiħ Tal-Live" – Xi Ġralu Dylon Waqt Li Qed Jippreżenta Ma' Victorio?

Kull min jisma’ lil Victorio u lil Dylon fuq NET FM żgur li jgħaddi siegħa żmien! It-tnejn iżommu l-programm tagħhom relattiv b’mużika tal-mument u dejjem inisslu tbissima fuq fomm is-semmiegħ.

Il-ġimgħa li għaddiet ġratilhom waħda kemxejn tad-daħk, “is-sabiħ tal-live” sejħulu huma. Dan għaliex f’nofs il-programm, Dylon qabdu l-imbierek suluzzu. Victorio pprova jaħbilu ftit u jimla sakemm Dylon jipprova jikkontrolla s-suluzzu imma donnu għalxejn.

Playlist, il-programm ta’ Dylon u Victorio jixxandar nhar ta’ Sibt fis-18:30 fuq NET FM. Insomma… aħna ħa nħallukom tisimgħu x’ġara eżatt hawn taħt!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI