Inkixfu xi ftit il-borom waqt Mustaċċuni ta’ nhar il-Ġimgħa. Dan għaliex il-personalitajiet li qed jiġġieldu sabiex isiru Mustaċċuni kellhom mistoqsija kemxejn skomda xi jwieġbu.
Riedu jwieġbu kemm kellhom l-ewwel darba li għamlu s-sess u l-iktar post stramb li għamlu dawn l-attivitajiet. Wiċċhom kien jixhed li jinsabu kemxejn imbarazzati, ixxokkjati u ma jafux kif ħa jwieġbu.
Min bl-iskuża tal-ġenituri qed isegwu, min bl-iskuża tat-tfal li qed isegwu, min ma kienx jaf x’ħa jgħid u min wieġeb bla tlaqliq. Ħafna minnhom jidher li bdew kmieni b’din l-attività. Jekk wieħed jidħol HAWN ikun jista’ jara eżatt x’wieġbu.
L-iktar tad-daħk kienet fejn kien l-iktar post stramb jew avventuruż, Marilena Gauci wieġbet li fuq l-ajruplan, Gianni wieġeb kullimkien inkluż fuq it-torba, Ray Attard qal li spiċċa għaddej fuq magna tal-ħwejjeġ waqt li qed iddur, Soraya qalet fuq il-pont il-Belt Valletta filwaqt li Valentina Rossi qalet Għajn Tuffieħa.
Kien hemm numru li wieġbu fil-karozza u kien hemm min ta aktar dettalji… insomma dawn il-personalitajiet daħkuna waħda sew. Min jaf jekk it-tweġiba ta’ din ir-rispota hu ħa tgħinhom?
Facebook / Mustaċċuni & TVM