Il-paġna uffiċjali tar-restorant de Mondion kitbu messaġġ ta’ qsim il-qalb fuq il-paġna tagħhom biex isellmu l-memorja ta’ kollega mill-aqwa li ħalliena għall-ħajja ta’ dejjem.
Kitbu, “Fi tmiem il-ġimgħa, tlifna wieħed mill-iktar persuni li jdawwlilna ħajjitna mit-tim tal-kċina ta’ de Mondion. It-tbissima sabiħa ta’ Roderick ġabet tant ferħ f’dan ir-restorant. Minkejja dak kollu li seta’ kien għaddej minnu, dejjem baqa’ pożittiv u dejjem għen lil dawk ta’ madwaru jħossuhom tajbin. Ħadem ma’ The Xara Collection għal iżjed minn 25 sena, kien iqis il-kumpanija qisha t-tieni dar tiegħu. Kiber fil-kċina u kompla jagħti t-talent tiegħu lil ħafna persuni fil-fjur ta’ ħajjithom li qed jaspiraw biex isiru koki.”
Żiedu jgħidu, “Roderick, il-kollega, ħabib, familja… se nħossu n-nuqqas tiegħek bil-kbir imma se ngħożżu l-memorji sbieħ li għandna flimkien għal dejjem. Sakemm nerġgħu niltaqgħu.”
Jistrieħ fis-sliem.
Facebook / The de Mondion Restaurant