“Marsaskala Ż-Żibel Ta’ Malta Ġie”… Il-Bajja Ta’ “San Tumas Tal-Mistħija”

“Il-bajja ta’ San Tumas tal-mistħija, ma nitgħallmu qatt. Ipprova ssebbaħ Marsaskala! Mnalla mhux xi riħ għax kieku kollox il-baħar jew f’nofs ta’ triq,” kiteb wieħed raġel fuq Facebook hekk kif żvela ritratt ta’ ammont kbir ta’ skart ġewwa Marsaskala.





Fil-kummenti jidher li bosta nies qed jgħidu li l-jerrycans is-sofor huma taż-żejt u jintużaw mir-ristoranti. Jidher li mhux l-ewwel darba li saret xi ħaġa bħal din, hekk kif wieħed mill-kummentaturi qal li “Marsaskala ż-żibel ta’ Malta ġie.” 

X’taħseb minn dan kollu? Taqbel ma’ dawn il-kummenti?

Facebook/Malta, News, Photos and People



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI