"Waqa' Fit-Triq… Poġġejtu Fil-Ġnien Tiegħi… Minn Esperjenzi Passati, L-Omm Tiġi Għalih…" – Pauline Spiteri Bugeja

Kemm hi xi ħaġa sabiħa meta nieħdu ħsieb l-annimali u fejn nistgħu nsalvaw ħajja, insalvawha. L-attriċi Pauline Spiteri Bugeja għamlet dan, fejn qasmet ritratt ta’ għasfur li waqa’ fit-triq u ma setax itir. 

Hi ħaditu fil-ġnien tagħha, u baqgħet tieħu ħsiebu. “Waqa’ fit-triq, ma jistax itir sew. Ħadtu ġewwa u poġġejtu fil-ġnien tiegħi, biex nevita li xi qattus jattakkah fit-triq. Minn esperjenzi passati, l-omm tiġi għalih fil-ġnien.”

L-għasfur qed jixrob l-ilma u jinsab sigur fil-ġnien ta’ Pauline. Prosit Pauline! Kellu bżonn ħafna oħrajn jieħdu eżempju u jsalvaw ħajja innoċenti fejn jistgħu!





Facebook/ Pauline Spiteri Bugeja



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI