“Aħna Nħossuna Kburin Li Qed Naħdmu Ma’ Nies Bħal Luca” – MSPCA

Il-paġna tal-MSPCA, NGO li tieħu ħsieb l-annimali bil-għan li tagħtihom ċans ġdid għall-ħajja u l-imħabba, irringrazzjat lil wieħed mill-voluntiera tagħha li għażel li joffri dar lil waħda mill-klieb.

Huma kitbulu, “Qalb tajba li taħdem fis-silenzju. Aħna nħossuna kburin li qed naħdmu ma’ nies bħal Luca, dawk li jimxu b’qalbhom, u kompassjoni silenzjuża, u jħallu l-impatt jitkellem għalih. Issa qed joffrilha xi ħaġa li se tbiddlilha ħajjitha: dar. M’għamilx dan għall-prosit. Għamel dan għax kien jaf li se jagħmel il-ġid. Grazzi Luca. Merħba d-dar tiegħek, Maisie.”

Dan il-ġest sabiħ għandu jkun ta’ ispirazzjoni għalina lkoll biex niftħu qalbna għal xi annimal li jkun jixtieq ċans ġdid wara li jkun spiċċa mingħajr familja. Nirringrazzjaw lil Luca talli ħaseb f’Maisie.





Facebook / MSPCA



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI