Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Civil Protection Malta żammew lis-segwaċi tagħhom aġġornati rigward nar fil-wied tal-Mġarr.
Huma qalu, “Il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta bħalissa qed tieħu ħsieb nar kbir fl-għelieqi fil-Wied tal-Mġarr. Inħeġġu lill-pubbliku biex jevita ż-żona sabiex it-timijiet tagħna jkunu jistgħu jaħdmu b’mod sikur u effiċjenti. CPD units jinsabu fuq il-post u qed jaħdmu biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.”
Żiedu billi taw twissija rigward id-duħħan fejn qalu, “Ir-residenti fil-viċinanzi għandhom jagħlqu t-twieqi u l-bibien bħala prekawzjoni. Se nkomplu nħabbru l-aġġornamenti hekk kif tiżviluppa s-sitwazzjoni.”
Temmew billi qalu,“F’każ ta’ emerġenza ċemplu 112”