Żabbar Street Festival Jirritorna Għal Sena Oħra – L-Umbrelel Se Jkunu Qegħdin Iżejnu T-Toroq!

Żabbar Street Festival qed jirritorna b’jumejn ta’ attivitajiet u kulur. Proprju fi tmiem il-ġimgħa, is-Sibt 31 ta’ Mejju u l-Ħadd 1 ta’ Ġunju, Ħaż-Żabbar jerġa’ jinbidel f’wirja vibranti ta’ umbrelel.

Kemm jekk sejrin għall-ikel, id-divertiment, jew ir-ritratti, malli taslu hemm żgur li se ssibu xi ħaġa li tagħtikom ftit enerġija tajba. Dawk dilettanti tal-karozzi jistgħu jgawdu minn wirja spettakolari, filwaqt li dawk kompetitivi jistgħu jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet tad-darts u billiards – jew anke f’attivitajiet sportivi tal-ġurnata.





Trid tieħu nifs u tirrilassa? Int se tkun tista’ tgawd l-istall tal-artiġjanat u stall tal-ikel filwaqt li t-tfal jistgħu jieħdu gost fuq il-bouncy castle. Jekk qed tinkwieta li se titlef il-final tal-Champions League? Tinkwetax dan se tintwera live fuq skrin kbir f’Misraħ is-Sliem.

Naturalment, tinsiex tieħu ritratt taħt l-installazzjoni famuża tal-umbrelel – xalata ta’ kulur li sar sinjal distintiv ta’ Ħaż-Żabbar. Inizjattiva li kienet bdiet mill-eks Sindku Marc Vella Bonnici. L-imħabba ta’ Ħaż-Żabbar għall-umbrelel mhix xi ħaġa ġdida, huma għandhom l-akbar umbrella f’Malta, li titfaċċa kull sena fil-festa tal-Madonna tal-Grazzja.



Kemm jekk inti Żabbari jew viżitatur minn xi belt jew raħal ieħor, dan il-weekend hu ż-żmien perfett biex tgawdi l-ambjent ta’ Ħaż-Żabbar.

Instagram / just.in.travels 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI