Il-Karl Vella Foundation hi NGO li l-missjoni tagħha ġiet ispirata mill-memorja ta’ Karl Vella. Din il-fondazzjoni tipprovdi edukazzjoni u appoġġ psikoloġiku b’xejn lil tfal u familji li ġew affettwati minn mard serju jew it-telfa ta’ xi ħadd qrib tagħhom.
Żabbar Street Festival se ssir fil-31 ta’ Mejju u fl-1 ta’ Ġunju fi Triq il-Kbira, fejn se jkun hemm wirja ta’ karozzi klassiċi flimkien ma’ bosta attivitajiet eċitanti oħra, fosthom wirja ta’ saħħa ta’ Tony Strongman u Mr. Cool. Dan kollu se jsir b’risq il-Karl Vella Foundation ġifieri l-flus li jinġabru minn dan il-festival se jkunu qed jintużaw biex jipprovdu l-edukazzjoni u l-għajnuna psikoloġika lit-tfal u l-familji tagħhom.
Nirringrazzjaw lil kull min huwa involut f’din il-festa b’għan nobbli u nħeġġukom tagħtu donazzjoni!
Facebook / Karl Vella Foundation u Żabbar Street Festival