"Ħabib U Kollega Sinċier" – Ħafna Jsellmu L-Memorja Ta' Joseph Dalmas Wara Li Tħabbret Il-Mewt Tiegħu

Aktar kmieni ġiet imħabbra l-mewt ta’ raġel ħabrieki u maħbub minn bosta, Joseph Dalmas. Iċ-Chairman tal-kumitat dwar l-infurzar fi ħdan il-Malta Tourism Authority offra l-kondoljanzi tiegħu lill-familjari u qraba ta’ Joseph kif ukoll sellem il-memorja tiegħu.

Jikteb li “nixtieq inwassal il-kondoljanzi għall-mewt mhux mistennija ta’ wieħed mill-Eżekuttivi tagħna, Joseph Dalmas, ħabib u kollega sinċier. Jalla l-Mulej ibierku u jsabbar lill-familja ta’ Joe bil-Barkiet Tiegħu.”

Bosta kollegi u kull min kien jaf lil Joseph sellem il-memorja tiegħu. F’isem it-tim ta’ Gwida.mt noffru l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u qraba kollha ta’ Joseph Dalmas. Strieħ fis-sliem.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI