Transport Malta għadha kif ħarġet stqarrija fuq il-midja soċjali fejn ħabbret li Triq Birżebbuġa f'Ħal Far ingħalqet fil-ħin riċenti minħabba aċċident serju li għadu kif seħħ.
F'dan l-isfond, l-uffiċjali tat-trasport qed iħeġġu lill-pubbliku sabiex jevita dawn l-inħawi u juża kemm jista' jkun rotot alternattivi.
Il-midja lokali bħalissa qed tirrapporta li f'din it-triq, proprju biswit l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, għadu kif seħħ aċċident serju bejn tlett vetturi li sfortunatament wassal sabiex xi persuni kellhom saħansitra jittieħdu l-Isptar Mater Dei.
Inżommu fi ħsiebna lil dawk feruti b'dan l-aċċident.
Facebook / Transport Malta u Google Maps