Matul ħajtu żgur li xi darba jew oħra kulħadd segwa wieħed mill-films ta' James Bond li b'mod mill-aktar spettakolari dejjem jgħaqqdu l-azzjoni u l-avventura mas-sentiment romantiku.
Fl-istorja ta' din is-sensiela s'issa kienu sitta l-atturi li kellhom l-opportunità jinterpretaw dan il-karattru ewlieni. Wara xhur ta' spekulazzjoni, fil-jiem riċenti ġie żvelat li issa se jkun l-attur Ingliż Robert Pattinson li jinterpreta l-karattru ta' James Bond fil-film li ġej li mistenni joħroġ fl-2028.
Minnufih tqanqlet id-domanda fost is-segwaċi dwar liema attriċi se tkun qed takkumpanja lill-attur bħala t-tfajla ta' James Bond. Fl-isfond ta' diversi spekulazzjonijiet mill-pubbliku, is-sit BBC semma wħud mill-atturi li jistgħu jiġu fdati b'dan l-irwol.
Fost ismijiet kbar bħal dak ta' Sydney Sweeny u Zendaya li ssemmew mis-sit tal-aħbarijiet, issemma l-isem ta' attriċi li għandha dixxindenza u kunjom Malti - din hi proprju l-attriċi Marisa Abela.
Jirriżulta li l-għeruq Maltin tagħha ġejjin min-nannu tal-attriċi, Carmelo, li twieled, trabba u għex parti minn ħajtu fiż-Żejtun.
Facebook / MovGirls, Instagram / 007 u Facebook / Parroċċa Żejtun