Din Il-Belt Fl-Alaska Se Tibqa’ Fid-Dlam Sat-23 Ta’ Jannar Mingħajr Ma Titla’ X-Xemx Darba

Fenomenu li sena wara l-oħra jibqa' jaffaxxina lil dawk li jiskopruh. Dan hekk kif f'belt partikolari ġewwa l-Alaska x-xemx mhijiex se titla' darba fix-xahrejn li ġejjin. Ix-xemx niżlet l-aħħar nhar l-Erbgħa li għadda u issa terġa' titla fit-23 ta' Jannar.

Minkejja dawn il-jiem ta' dlam, ir-residenti ta' din il-belt li jammontaw għal madwar 5,000 ruħ, jibqgħu jgħixu l-ħajja ta' kuljum tagħhom tant li fil-fatt l-iskejjel u l-ħwienet jibqgħu miftuħin.

Interessanti ħafna kif imbagħad fil-jiem tas-sajf din il-belt tpatti għan-nuqqas ta' xemx li tkun esperjenzat fix-xitwa. Dan hekk kif mill-10 ta' Mejju 'l quddiem, din il-belt fl-Alaska tagħmel kważi 3 xhur sħaħ bix-xemx ma tinżilx u għalhekk ir-residenti jesperjenzaw dawl kontinwu.

Titħajru tmorru tgħixu f'din il-belt intom?

Ritratt:

Facebook / Mark Tarello

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI