Fotografa Tiġbed Ritratt Tal-Istatwa Li Hemm Fuq L-Għolja Tas-Salvatur Bil-Qamar Fl-Isfond

Ilbieraħ wara nofsinhar, fil-gżira tat-Tlett Għoljiet, il-fotografa bravissima Marika Caruana rnexxielha tiġbed ritratt li juri l-istatwa li hemm fuq l-għolja tas-Salvatur ġewwa ż-Żebbuġ bil-qamar fl-isfond.

Ir-ritratt impressjona lil bosta fuq il-midja soċjali minħabba l-awtentiċità tiegħu kif ukoll il-ħila li tidher biċ-ċar tal-fotografa li ġibdet ir-ritratt fil-mument preċiż meta l-qamar kien qed jidher wara l-istatwa tas-Salvatur.

Dan il-post fil-gżira Għawdxija jisraq l-għajn ta' kważi kull Malti u turist li jżur il-gżira Għawdxija billi l-istatwa li hemm fil-quċċata tal-għolja tista' tintlemaħ minn diversi rħula differenti ta' Għawdex.

Prosit tassew lill-fotografa Marika Caruana.

Ritratt:

Facebook / Marika Caruana

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI