Il-Membru Parlamentari Adrian Delia bħalissa jinsab indispost wara li kellu bżonn jgħaddi minn operazzjoni urġenti. Delia ddaħħal l-Isptar Mater Dei lbieraħ wara uġigħ li ħass, u nstab li kellu bżonn jitneħħilu l-appendiċi.
Il-partner tiegħu, Cynthia Galea, għażlet li taqsam aġġornament fuq il-mezzi soċjali sabiex tagħti stampa ċara dwar kif sejjer. Hi kitbet, “Għal dawk kollha li qed jibagħtulu messaġġi u ċemplulu – grazzi!” u żiedet tispjega, “Adrian Delia ddaħħal l-Isptar Mater Dei illum għal operazzjoni urġenti tal-appendiċite. L-operazzjoni kienet suċċess u Adrian diġà beda jirkupra. Skużawh jekk bħalissa ma jistax iwieġeb għall-awguri tagħkom, napprezzaw li tifhmuh f’dal-mument.”
Jidher li kollox mexa tajjeb u Adrian Delia jinsab jirkupra. F’isem it-tim ta’ Gwida, nixtiequ nawguraw fejqan ta’ malajr lil Adrian Delia u nittamaw li ma jdumx ma jerġa’ lura għall-ħidma tiegħu fid-dinja politika u pubblika. Nawgurawlu wkoll li dan il-perjodu ta’ mistrieħ jgħinu jirkupra kompletament u b’saħħtu.
Facebook / Adrian Delia