Adrian Saliba U Evelyn Saliba La Rosa Jagħlqu 23 Sena Miżżewġin

Illum il-koppja Adrian Saliba u Evelyn Saliba La Rosa li huma wċuħ sinonimi fix-xena lokali tal-ispettaklu jagħlqu 23 sena miżżewġin.

"Ngħożż kull minuta li nqatta' miegħek," kiteb l-attur u direttur Adrian Saliba lil martu Evelyn fit-23 anniversarju tagħhom.

Il-koppja ħadmu flimkien sabiex itellgħu numru ta' produzzjonijiet lokali fosthom F'Ġieħ l-Imħabba, Sorelle, Ħbieb u Għedewwa, Noli u tant oħrajn.

Awguri, Adrian u Evelyn!

Ritratti: Facebook / Adrian Saliba

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI