Fleur Marie Cilia Buckett għaddiet mill-esperjenza kerha tal-kanċer fis-sider ta’ 38 sena.
Fleur qassmet l-esperjenza mal-għaqda studenteska Media & Knowledge Sciences Association (MKSA) rigward dak kollu li għaddiet minnu minn qabel saret taf li kellha l-kanċer u waqt li kienet qed tiġi kkurata. Issemmi li mn’Alla kienu sħaba li tant kienu jħobbuha li trattawha ta’ reġina, ta’ VIP, biex ma tbatix u tagħmel kuraġġ.
Fleur tkellmet magħna wkoll u semmiet li fil-familja kienu ġarrbu dan il-kanċer aktar minn darba. “Oħti batiet ħafna b’aktar minn kanċer wieħed u missieri ġie diagnosed bil-kanċer tas-sider meta kellu 86 sena”. Tgħid li l-genes fil-familjar ma kinux tajbin u jidher li l-kanċer laqat lil bosta membri.
Segwu l-esperjenza ta’ Fleur u isimgħu mill-parir tagħha li tmorru tiċċekkjaw qabel ikun tard wisq. Meta taħseb minn qabel kapaċi ssalva ħajtek bħal m’għamlet Fleur.