“Ħafna Drabi Kundizzjonijiet Tal-Ansjetà… Jinvolvu Wkoll Attakki Ta’ Paniku, Ansjetà Soċjali, Ansjetà Ta’ Seperazzjoni…” -Dr.Nicholas Briffa

Dr.Nicholas Briffa, mill-pjattaforma tiegħu, itella’ dan il-messaġġ rigward l-ansjetà.

“Waħda mill-iżjed realtajiet li niltaqa’ magħha hija l-kuluri differenti tal-ansjetà. L-ansjetà tirreferi għall-kundizzjonijiet psikoloġiċi li jġiegħlu persuna tinkwieta jew tibża iktar milli jmiss. Ħafna drabi, il-kundizzjonijiet li jaqaw taħt il-kapitolu tal-ansjetà jkunu jinvolvu wkoll attakki ta’ paniku, ansjetà soċjali, ansjetà ta’ separazzjoni u xi ksenofobiji (phobias). Jekk tixtieq tgħin persuna li tbati mill-ansjetà, l-ewwel ħaġa li għandek tagħmel hija tibda billi tifhem x’inhi l-ansjetà, u x’affarijiet li forsi jistgħu iġiegħlu lill-persuna kkonċernata tħossha barra mill-ilma. Dawn huma xi frazijiet li ktibt f’artiklu passat li għandhom jgħinu xi ftit persuni li jbatu mill-ansjetà…“Tinsab tajjeb/tajba?” “Jekk ikollok bżonn titkellem ma xi ħadd, jien dejjem hawn għalik.”“L-inkwiet u l-biżgħat tiegħek mhumiex stupidi.” 

Ejja ma ninsewx li tista’ dejjem tirreferihom għand aġenziji bħal Richmond Foundation, 179, Caritas, Sedqa, Oasi, Psychiatric outpatient MDH, il-Moviment ta’ Kana eċċ li kollha jagħmlu xogħol differenti u imprezzabbli. Grazzi!” 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI