Il-psikologu Dr.Nicholas Briffa jaqsam dan il-messaġġ dwar relazzjonijiet li ma għadhomx jagħmlulna ġid.
“Ħafna drabi nibqgħu f’relazzjonijiet li nkunu nafu li ma jgħoddux għalina. Nibqgħu f’relazzjonijiet li m’humiex tajbin għas-saħħa mentali tagħna u għall-awtostima tagħna. Nibqgħu f’dawn ir-relazzjonijiet mhux għall-imħabba ġenwina li nkunu qed nirċievu, imma għax inħossu l-piż ta’ dak li diġà nkunu tajna għar-relazzjoni: snin minn ħajjitna, sforz, enerġija, flus, dmugħ, ħolm, drawwiet u stennijiet.”
Ikompli, “ Nipperswadu lilna nfusna li, li nitilqu jfisser falliment. Nippreferu nibqgħu nissaportu, nistennew u nittamaw sakemm l-affarijiet jinbidlu. Imma l-imħabba, meta hi b’saħħitha, ma ġġiegħlniex ninżlu għarkupptejna. Meta insibu ruħna niġġustifikaw kull uġigħ f’isem emozzjoni u f’isem l-imħabba, ħafna drabi nkunu qed niddefendu illużjoni: l-ideat li l-bidla se tasal, li l-parti l-oħra xi darba se jifhem/tifhem u li l-imħabba se ssolvi kollox.”
Kompli aqra billi tikklikja hawn taħt: