“Aġġornament Dwar L-Irwejjaħ Tad-Drenaġġ Fl-Inħawi Tal-Pont Bejn Triq Tal-Ġebel U Triq Ir-Raddiena” – Is-Sindku Scott Camilleri Bilocca

Is-sindku ta’ Birżebbuġa, Scott Camilleri Bilocca, kiteb aġġorament fuq il-paġna tiegħu biex jindirizza l-problema ta’ rwejjaħ ta’ drenaġġ f’ċerti toroq.

Hu spjega, “Aġġornament dwar l-irwejjaħ tad-drenaġġ fl-inħawi tal-pont bejn Triq tal-Ġebel u Triq ir-Raddiena. Wara spezzjoni li saret mill-awtoritajiet konċernati, ġiet identifikata ħsara f’pajp tad-drenaġġ li jinsab taħt il-pont. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet sabiex id-drenaġġ jinġabar b’mod ikkontrollat u tissewwa l-ħsara, bil-għan li din il-problema tiġi solvuta kemm jista’ jkun malajr.”

Żied jgħid, “Nirringrazzjaw lill-ħaddiema tal-Water Services Corporation, tal-ERA u tad-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali għall-ħidma u l-kollaborazzjoni tagħhom sabiex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni.”

Nirringrazzjawh talli ndirizza l-problema mingħajr dewmien u nirringrazzjaw lill-ħaddiema kollha.

Ritratt:

Facebook / Scott Camilleri Bilocca – Sindku Birżebbuġa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI