L-istrongman Malti Tony Farrugia ħabbar li issa b’mod uffiċjali ġie rikonoxxut bħala detentur ta’ Guinness world rekord dinji, wara li rċieva ċertifikat uffiċjali.
Hu kiteb, “Bi pjacir kbir inħabbar li issa uffiċjalment sirt detentur ta’ rekord dinji ieħor tal-Guinness dan huwa t-tieni rekord dinji uffiċjali tiegħi fil-Guinness Book of World Records. Dan ir rekord dinji ieħor kien miksur fl-avveniment tal-Fundraiser ghal Victim Support Malta fil-gnien Milbrae tal-Mosta. Grazzi ħafna lil Luke Andre Camilleri talli stedinni biex naghmel din il-wirja ta' sahha u rekord dinji f’dan l-avveniment b’risq Victim Support Malta. Grazzi kbira wkoll liż-żewġ xhieda għar-rekord tiegħi, is-Sinjura Claire Sammut (Professional boxing coach), u s-Sur Tonio Farrugia (Athletics). Grazzi wkoll lil Grazielle, il-voluntiera li erfajt għal dan ir-rekord dinji.”
Nawgurawlu għal dan it-tragward!
Facebook / Ninu Farrugia