Il-preżentatur lokali Brian Grech kiteb fuq il-paġna tiegħu li se jibda l-aħħar sena tal-kors tiegħu l-universita`. Fetaħ qalbu dwar il-fatt li mhux faċli jibbilanċja kollox, iżda ma jixtieqx jaqta’ qalbu, speċjalment meta rnexxielu jasal s’hawn.
Hu spjega, “Lura lejn l-universita` għall-aħħar sena tiegħi. Li nibbilanċja x-xogħol, l-istudju, u nippreżenta programm kuljum live fuq it-televiżjoni mhuwiex faċli, imma s’issa rnexxieli, u ninsab determinat biex nagħmel l-almu tiegħi. L-aħħar sena, l-aħħar sforz!”
Taħt il-messaġġ tiegħu, irċieva diversi kummenti jagħtuh il-kuraġġ.
Nawgurawlu għal din is-sena! Taqtax qalbek Brian, dan l-isforz kollu se jkun jiswa ħafna meta tasal dik il-ġurnata speċjali tal-gradwazzjoni!
Facebook / Brian Grech