L-Użu Taċ-Ċomb Fl-Isparar Se Jiġi Pprojbit Madwar L-Unjoni Ewropea Kollha

Birdlife Malta ħabbru d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew fejn l-użu taċ-ċomb fl-isparar se jiġi pprojbit madwar l-Unjoni Ewropea kollha.

Spjegaw, “Illum il-Parlament Ewropew approva fil-plenarja l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex jiġi ristrett iċ-ċomb fl-isparar. Din id-deċiżjoni ittemm snin ta’ diskussjoni dwar wieħed mill-aktar forom persistenti ta’ tniġġis miċ-ċomb fl-Ewropa.”

Żiedu jgħidu, “Meta tidħol fis-seħħ, din ir-restrizzjoni se tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb fl-isparar kullimkien, inkluż barra mill-artijiet mistagħdra u fl-isparar sportiv, b’perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ seba’ snin. Ir-restrizzjoni se tapplika madwar l-Unjoni Ewropea, iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Irlanda ta’ Fuq.”

Studju xjentifiċi juru li ċ-ċomb huwa tossiku ħafna għall-ambjent, kemm għall-annimali u kif ukoll għalina l-bnedmin, u għalhekk, din id-deċiżjoni ttieħdet biex jitnaqqas it-tniġġiż fl-Ewropa.

Ritratt:

Facebook / BirdLife Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI