Aħbar Sabiħa Għal Min Jaqsam Bejn Malta U Għawdex Ta’ Sikwit – Jinfetaħ Mill-Ġdid It-Terminal Tal-Belt

Wara xhur ta’ diffikultajiet u skumdità minħabba l-ħsarat li ġarrab f’Jannar li għadda, it-terminal fil-Belt qed jerġa’ jintuża mill-ġdid, pass li qed jiġi milqugħ b’sodisfazzjon minn bosta Għawdxin li jiddependu fuq is-servizz tal-vapur kuljum.

Għal dawn l-aħħar xhur, in-nuqqas ta’ aċċess għat-terminal wassal għal kjuws twal u sitwazzjonijiet diffiċli, b’nies iqattgħu ħin twil fix-xemx mingħajr kenn adegwat, speċjalment fi tmiem il-ġimgħa. Dan affetwa b’mod speċjali lil dawk li għandhom rutina ta’ kuljum bejn Għawdex u Malta.

Matul dawn ix-xhur, bosta Għawdxin xorta waħda jkomplu jaqsmu kuljum minħabba studji u xogħol, u flimkien ma’ dawn mistennija wkoll żieda sostanzjali fin-numru ta’ turisti li se jużaw l-istess servizz.

Prosit kbira!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI