F’messaġġ mimli mħabba u gratitudni, Liston Bongailas awgura lill-imħabba ta’ ħajtu Charlene fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha, bi kliem mill-isbaħ.
“Illum għeluq sninek mara!” kiteb Liston, filwaqt li enfasizza kemm jiċċelebraha mhux biss f’din il-ġurnata speċjali, iżda kuljum.
Huwa rringrazzjaha għal dak kollu li tagħmel għall-familja tagħhom, għad-dedikazzjoni tagħha u għall-mod kif, b’simpatija u enerġija pożittiva, kapaċi timmotiva lil kulħadd madwarha.
Liston ma naqasx milli jfaħħar il-kwalitajiet uniċi ta’ Charlene, speċjalment il-qalb kbira tagħha li, kif qal hu, rari ssib bħalha.
“Ibqa’ kif int… mara ta’ ispirazzjoni kbira, b’saħħtek u bl-imħabba tiegħek dejjem tgħaqqadna.”
Fl-aħħar tal-messaġġ tiegħu, Liston irringrazzja lill-Bambin talli hu tant ixxurtjat, u awgura lil Charlene l-isbaħ għeluq snin mimli saħħa, ferħ u mħabba. Huwa temm billi esprima kemm iħobbha u kemm hija sors ta’ ispirazzjoni kbira fil-ħajja tiegħu.
Awguri mill-qalb lil Charlene! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!