Aħna Nafu X’Kont Qed Tagħmel Meta Inqata’ D-Dawl!

Tinduna li t-temp laħaq l-għola temperaturi għax id-dawl bħal daż-żmien jibda jaqta’. Daqqa jmur u jiġi fi ftit sekondi u drabi oħra jdum ftit mhux ħażin. Jekk ikun hemm xi ħsara, jkollha bżonn tissewwa u tkun trid il-ħin tagħha wkoll!

Trid tifhem li dawn ma jsolvux il-problemi f’sekonda! Ħafna drabi dan jiġri għax il-konsum ikun wieħed ħafna u ħafna għola mis-soltu! Meta jiġri dan ngħaddu minn diversi stadji u nibdew naraw kif ħa nsibu soluzzjoni biex nibqgħu friski f’din is-sħana kiefra.

Qabadkom paniku! Intfajtu trewħu!

Inftajtu tixxutaw l-għaraq! Fl-aktar lejn sħun kellu jitlaq!

Intfajtu tieklu l-ġelat ħa żżommu friski!

Mortu tiftħu l-friġġ ħa tgawdu ftit mill-kesħa tagħha!

Inżajtu kollox biex forsi ma tħossux daqshekk sħana!

Intfajtu fil-banju... ALAXANXE!

Ħriġtu fil-gallarija jew tlajtu fuq il-bejt!

Irħejtulha lejn il-baħar... hemm taf ikun hemm ftit żiffa!

Taħseb li nsejna xi ħaġa jew forsi int tagħmel xi ħaġa oħra li ma semmejniex? Għidilna ftit... taf int, taf id-darba li jmiss li jmur id-dawl ikollna xi ħaġa oħra x’nippruvaw biex inżommu friski jew ma niġġenux bis-sħana li tkun qed tagħmel.

Instagram / Morgan Photography

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI