Ħafna persuni qed jibagħtu l-awguri u l-isbaħ xewqat tagħhom lill-attriċi u preżentatriċi Maltija Gabriella Parsons, li matul is-snin ħalliet impatt qawwi fix-xena tad-drama lokali permezz tal-ħidma tagħha f'għadd ta' produzzjonijiet popolari.
Gabriella hija wiċċ magħruf fost it-telespettaturi Maltin, wara li ħadet sehem f'diversi sensiliet li kisbu suċċess kbir, fosthom KC, Deja Vu, Missjoni, L-Għarusa, Katrina, Grammi u Tereża.
Minbarra x-xogħol tagħha fuq it-televiżjoni, Gabriella ħadmet ukoll wieħed mill-karattri ewlenin fil-film Malti Qlub Imweġġgħa, li kien ħareġ fl-2014 u kiseb apprezzament minn bosta dilettanti tal-films lokali.
Riċentament kienet parti mis-sensiela Fuq 3 Faċċati. Illum il-ġurnata nafuha tippreżenta l-programm Kisbiet il-Għerf, li xxandar fuq TVM.
Aħna mit-tim ta' Gwida.mt nawguraw lil Gabriella Parsons saħħa, ferħ u ħafna aktar suċċessi fil-karriera artistika tagħha u fil-ħajja personali.
Facebook/ Gabriella Parsons