Ilbieraħ filgħaxija saret it-tieni semifinali tal-Eurovision Song Contest 2026 fejn Malta rnexxielha tikseb post fil-finali ta’ għada b’wirja mill-aqwa minn AIDAN bil-kanzunetta Bella.
Dan ifisser li Malta għaddiet għall-finali għat-tieni sena konsekuttiva, xi ħaġa li ma kinitx seħħet mill-2021 ’l hawn.
Wara l-konferenza tal-bieraħ, ġie konfermat ukoll li Malta se tkun qed tkanta fl-10 pożizzjoni waqt il-finali ta’ għada fil-belt ta’ Vienna.
Il-24 pajjiż finalist li se jikkompetu ma’ Malta għada huma: l-Albanija, l-Awstralja, l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, Iżrael, l-Italja, il-Litwanja, il-Moldova, in-Norveġja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Serbja, l-Iżvezja, l-Ukrajna u r-Renju Unit.
Il-finali mistennija tkun waħda ferm kompetittiva hekk kif ħafna mill-favoriti tad-djar tal-imħatri rnexxielhom jikkwalifikaw matul iż-żewġ semifinali.
Sadanittant, Malta bħalissa tinsab mal-aqwa 10 skont id-djar tal-imħatri dwar min għandu l-aqwa ċans jirbaħ il-kompetizzjoni ta’ din is-sena.
Awguri AIDAN! Awguri Malta!
Facebook/ AIDAN