Maħsuda Bil-Mewt Għal Għarrieda Ta’ Noel Galea Bason, Skultur Furjaniż Mogħni B’Talenti Artistiċi

Noel

Ilkoll ninsabu maħsuda bil-mewt għal għarrieda ta’ Noel Galea Bason, skultur Furjaniż mogħni b’talenti artistiċi. Jibqa’ magħruf fost l-oħrajn għal kemm kien raġel umli minkejja dak li wettaq u minkejja wasal fejn wasal.



Noel twieled il-Furjana fl-1955, u kien l-inċiżur-disinjatur ewlieni ta’ Malta, b’karrierra tant twila. Hu kien gradwa mill-Scuola dell’Arte della Medaglia f’Ruma. Jibqa’ magħruf bħala l-ewwel artist malti li qatt iddisinja munita nazzjonali fl-1977.



Ħoloq aktar minn 120 munita u midalji. Fosthom hemm muniti kommemorattivi tal-anniversarji tal-indipendenza u tar-repubblika.



Dak li ħoloq hu saħansitra ġie rregalat lil personaġġi prominenti bħar-Reġina Eliżabetta II, lil San Ġwanni Pawlu II u lir-Re Juan Carlos ta’ Spanja.

Bosta personalitajiet popolari lokali sellmu l-memorja ta’ Noel, u bosta nies li jafuh mill-viċin. Strieħ fis-sliem għażiż. Ninsabu bla kliem. Grazzi ta’ kollox.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI