Marvic, magħruf għall-parteċipazzjoni tiegħu fl-ewwel staġun ta’ Big Brother Malta, u maħbub tassew mill-Maltin, kiteb dak li tgħallem dwar ir-relazzjoni tiegħu mal-ikel f’din l-aħħar sena.
Hu spjega, “Ritratt minn sentejn ilu, u issa (bil-flokk isfar). L-ewwel ritratt li qatt ma ppubblikajt għax bżajt mill-ġudizzju tan-nies, li jien wisq superfiċjali jew ossessjonat b’ġismi. Issa nħares lejn dawk il-muskoli u ngħid, għandu bżonn nieqaf niekol l-imqarrun li tagħmilli ommi, u nidħol il-gym ħames jew sitt darbiet fil-ġimgħa, kif ukoll nikkontrolla l-imħabba li għandu għall-ikel.”
Żied jgħid, “Il-vjaġġ tagħna ma’ ġisimna u mal-ikel fih tlajja’ u nżul. Illum, insib ħbieb li nista’ nitkellem magħhom dwar dan. Din is-sena għallmitni ħafna.”
Facebook / Marvic Cam