Ilbieraħ, fil-bajja ta’ Birżebbuġa, tifel ta’ sitt snin sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum. Grazzi għar-rispons immedjat ta’ infermiera u lifeguards, ħajjet it-tifel ġiet salvata.
Il-paġna tal-Isptar Mater Dei kitbu dwar dan. “Aktar kmieni llum, tifel ta’ sitt snin sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum f’Pretty Bay. Ħajjet it-tifel ġiet salvata permezz tar-rispons immedjat min infermiera tal-emerġenza u l-lifeguards li ma kinux xogħol.”
“Fuq il-post intbagħt rispons mediku biex jitkompla jingħata kura intensiva matul it-triq u fl-isptar. Madankollu, grazzi għall-interventi f’waqthom ta’ Joanne, l-infermiera tal-emerġenza li ma kinitx xogħol u l-ħaddiema l-oħra kollha fissru li qalb it-tifel reġgħet bdiet taħdem u ħajtu ġiet salvata.
Prosit kbira lil dawn l-eroj!
Facebook / Mater Dei Hospital