Minn nhar il-Ġimgħa sa nhar il-Ħadd se jkun hemm attivitajiet uniċi organizzati mill-Forzi Armati ta’ Malta fil-Barracks ta’ Ħal Luqa taħt l-avveniment bl-isem ta’ Malta Military Games.
“Il-Malta Military Games jinsabu magħna,” kitbet il-paġna tal-Facebook tal-Forzi Armati ta’ Malta. “Ingħaqdu magħna fil-Barracks ta’ Ħal Luqa għall-avveniment uniku ta’ tlett ijiem li jgħaqqad l-isport, id-divertiment u l-komunità.”
Dan se jsir il-Ġimgħa 24 t’April (5pm-8pm), is-SIbt 25 t’April (8am-8pm) u l-Ħadd 26 t’April (8am-6pm). Se jkun hemm erba’ timijiet militari internazzjonali, kompetizzjonijiet għaċ-ċivli u l-qligħ se jmur kollu għal Puttinu Cares.
Facebook / Armed Forces of Malta