“Aktar minn 160,000 vawċers ġew ipproċessati u riċevuti minn eluf ta’ familji fl-aħħar ftit jiem,” ġie miktub fuq il-paġna tal-MaltaPost fuq il-midja soċjali. Dan ifisser li għad fadal 280,000 persuni li għad iridu jirċievu l-vawċers.
“Aħna kuntenti nħabbru rata ta’ 70% ta’ suċċess fid-deliveries lid-djar permezz tas-servizz tal-posta rreġistrata tagħna, bil-bqija jiġu mwassla permezz tan-netwerk vasta tal-bejgħ tagħna.”
“Servizz ta’ Mail Reġistrat jipprovdi protezzjoni addizzjonali, u għalhekk jitlob firma mir-riċevitur bħala prova li l-oġġett ġie mwassal b’suċċess.”