Ixxerja
Illum, it-Tnejn 5 ta’ Ottubru 2026, l-Università ta’ Malta fetħet il-bibien tagħha għal aktar minn 5,500 student ġdid hekk kif bdiet il-KSU Freshers’ Week 2026.
Minn dawn, aktar minn 2,500 se jkunu qed isegwu korsijiet undergraduate, filwaqt li aktar minn 2,200 se jkunu qed jistudjaw għal grad postgraduate.
Magħhom se jingħaqdu wkoll madwar 350 student tal-Erasmus+ u madwar 500 bħala visiting students. Fl-istess waqt, aktar minn 1,100 student ġdid se jibdew il-vjaġġ tagħhom fil-Junior College, u b’hekk in-numru totali ta’ studenti fil-Junior College jaqbeż l-2,100.
Iċ-ċerimonja tal-ftuħ f’Sir Temi Zammit Hall rat lir-Rettur il-ġdid, Prof. Frank Bezzina, jagħti l-ewwel diskors ta’ merħba tiegħu lill-istudenti l-ġodda, segwit minn diskors mill-President tal-KSU, Nick Muscat.
Nawguraw lill-istudenti kollha!
Ritratti:
Facebook/ University of Malta
Ixxerja
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.
Il-Girl Guides Tar-Rabat Jipparteċipaw F’WINGS 2026
Eileen Cumbo Salerno
Illum
Dan is-sajf, grupp ta’ Guides, Rangers, Senior Rangers u Leaders mis-7th Rabat Girl Guides ivvjaġġaw lejn Windsor, fir-Renju Unit, biex jipparteċipaw f’WINGS 2026, jamboree internazzjonali tal-iScouts u l-Girl Guides li joffri avventura, sfidi u skambju kulturali.L-avveniment, li sar f’Windsor Great Park, bidel iż-żona tal-kampeġġ fir-“Renju ta’ WINGS”, fejn il-parteċipanti għamlu vjaġġ permezz ta’ sensiela ta’ […]