Alex Borg U Noami Dingli Jirbħu Mr U Miss World Malta

Ftit tal-ħin ilu għadu kif ġie fi tmiemu Mr u Ms World Malta li kien ippreżentat minn Keith Demicoli u Quinton Scerri. Fil-kompetizzjoni kien hemm 24 tfajla tikkompeti u 14-il ġuvni jissiletu għall-aqwa unuri biex is-sena d-dieħla jirrappreżentaw lil Malta f’Mr u Miss World.

Ir-rebbieħ ta’ Mr World Malta hu Alex Borg, fit-tieni post ġie Neil Bonello filwaqt li fit-tielet post spiċċa Ilyan Seychell.





Ir-rebbieħa ta’ Miss World Malta hi Naomi Dingli, fit-tieni post ġiet Ella Portelli filwaqt li fit-tielet post spiċċat Pearl Marie Micallef.



F’isem it-tim ta’ Gwida.mt nifirħu r-rebbieħa ta’ din il-kompetizzjoni u nawgurawlhom l-aqwa suċċess fl-avventura tagħhom barra minn xtutna. Prosit kbir tmur lill-organizzaturi ta’ din is-serata, Sue Rossi u Claudia Calleja li għal sena oħra tellgħu din is-serata b’suċċess minkejja l-isfidi preżenti.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI