Ħamiema qalet daqqa ta’ sieq fit-taraġ tal-knisja tal-Mosta minn turist, inġabret mir-Rangers. Il-ħamiema, li issa ġiet imsejħa Pirate, kienet għall-kwiet meta turist ta daqqa b’saħħitha bis-sieq biex iwarrabha minn fuq it-tarġiet. Xi ħadd li kien fil-viċin lemaħ x’ġara u mar jgħin lil din il-ħamiema hekk kif marret f’rokna bil-ġrieħi tagħha.
Ir-Rangers marru fuq il-post wara li ġew infurmati minn membru tal-pubbliku li ġentilment baqa’ hemm sakemm waslu. Għalkemm il-ħamiem mhumiex speċi protetti, dan ma jagħtix ġustifikazzjoni għall-krueltà. F’isem it-tim ta’ Gwida, nikkundannaw din l-azzjoni b’mod sħiħ. Il-ħamiema se tingħata l-kura meħtieġa u nittamaw li tirkupra.
Nittamaw li ma nisimgħux aħbarijiet ta’ dan it-tip.
Facebook / Malta Ranger Unit