“Inti li qed tħossok imdejjaq… jew ftit għajjien Ejja nagħmlu kuraġġ għax anke l-aktar ġranet diffiċli… jgħaddu ” Dan kien il-messaġġ sempliċi iżda mimli emozzjoni li tqassam fuq il-paġna Guilherme’s Journey of Hope, messaġġ li żgur laħaq bosta segwaċi fuq il-midja soċjali.
Fir-ritratti li ġew ippubblikati, jidher iċ-ċkejken Guilherme, b’filmat li juri dan il-messaġġ ta’ kuraġġ li apparti li jservi ta’ riflessjoni għal ħafna minna, juri l-karattru b’saħħtu tiegħu. Minkejja l-isfidi kbar li qed jaffaċċja Guilherme jibqa’ jfakkar lil kulħadd kemm hu importanti li wieħed ma jaqtax qalbu. Kulħadd qed iġorr piż mifhum l-iżjed minnu nniffsu, iżda kif nafu il-ħajja dejjem se jkun fiha t-tlajja’ u l-inżul tagħha. Messaġġi bħal ta’ Guilherme jgħinuna nibqgħu niġġieldu u nittamaw.
Il-kitba fuq il-paġna ġiet akkumpanjata wkoll b’verżjoni bl-Ingliż sabiex il-messaġġ jintħalaq għand aktar segwaċi madwar id-dinja. Messaġġ qasir, iżda li għal ħafna seta’ wasal fil-mument perfett. F’ħajja mimlija stress, pressjoni u diffikultajiet, kliem bħal dan ifakkarna li anke l-aktar mumenti diffiċli huma temporanji. Guilherme jgħallimna li l-mod kif inħarsu lejn id-diffikultajiet tagħna, tagħmel differenza kbira.
Il-paġna Guilherme’s Journey of Hope qed twassal kontinwament messaġġi ta’ pożittività, inklużjoni u saħħa emozzjonali!
Fb/ Guilherme’s journey of hope