Unur kbir għal Malta hekk kif tikseb numru ta’ medalji fl-edizzjoni tas-sajf tal-Ispecial Olympics, fejn fosthom Ann Marie Azzopardi kisbet mdealja tad-deheb. Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar awgurawla permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali.
Huma qalu, “Prosit mill-ġdid lil Ann Marie Azzopardi! Mill-qalb nerġgħu nifirħu liż-żagħżugħa Naxxarija, Ann Marie Azzopardi, tas-suċċess li reġat kisbet waqt l-iSpecial Olympics Malta, fejn irnexxielha terġa tikseb midalja tad-deheb oħra! Ninsabu kburin naraw Maltin u fuq kollox Naxxarin jispikkaw fix-xena internazzjonali u jagħtu ġih lill-komunità tagħna! Awguri!”
Prosit kbira!
Edward Azzopardi