Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Animal Welfare Gozo laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ numru ta’ qtates li għadhom qed jistennew id-dar dejjiema tagħhom. Animal Welfare tkellmu dwar dawk li jiffosterjaw il-qtates, fejn jiftħu lil djarhom għall-aktar qtates vulnerabbli li jkollhom bżonn ħafna attenzjoni. Iżda tkellmu wkoll dwar problema fundamentali.
Il-problema hija li dawn il-qtates kollha għadjom jinsabu għand dawk in-nies li qed jiffosterjawhom, u għalkemm qed jgħixu fl-imħabba, fadal ħafna qtates oħra li jinsabu weħedhom mingħajr ma ġew iffosterjati jew adottati.
Dan għaliex l-unika mod li aktar qtates jiġu ffosterjati minn dawn in-nies, huwa li jibdew jiġu adottati, u b’hekk jibdew jagħtu l-imħabba tagħhom lil qtates oħra.
Dawk kollha li qed jaħsbuha biex jadottaw xi qattus għandhom jieħdu dan bħala sinjal!
Dawk kollha interessati jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ Animal Welfare Gozo.