Jekk inħarsu lejn il-pulizija ta’ Malta naraw li dawn m’għandhomx tpinġija fejn tidher fuqhom u l-irġiel ma jħallux id-daqna tagħhom tikber. Għall-kuntrarju ta’ dan, meta naraw il-pulizija ta’ pajjiżi oħra, dawn ikun hemm minnhom li jkollom xi tpinġija u anke jkunu bid-daqna.
Dan l-argument kitbu dwaru il-Malta Police Union u qalu li bħalissa qed jiddiskutu biex jiżguraw li l-uffiċjali tal-pulizija f’Malta jkunu bħal dawk minn pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea.
Ħafna nies jarawha stramba kif ninsabu fis-sena 2021 u għadna niddibattu dwar dan is-suġġett u jgħidu wkoll li l-eżempju li wieħed jagħti u kif jagħmel xogħolu ma jiddependix mid-dehra tal-persuna u li persuna ma tistax tiġi ġġudikata jekk ikollha t-tpinġija jew id-daqna.