Ġappuniż Ta' 31 Sena Ġie Arrestat B'Rabta Mal-Każ Tal-Qtil Ta' Qtates

Fi stqarrija mill-Korp ta’ Pulizija ta’ Malta huma ħabbru li wara jiem ta’ sorveljanza b’rabta mal-investigazzjonijiet dwar qtates li nstabu maqtulin fl-aħħar ġimgħat f’xi lokalitajiet, matul il-lejl li għadda, il-pulizija arrestat is-suspettat ewlieni, Ġappuniż ta’ 31 sena.

L-investigazzjonijiet kienu kkonċentrati madwar Tas-Sliema, hekk kif il-pulizija kellha indikazzjoni li l-persuna allegatament involuta, kienet tinsab f’dawk l-akwati. Bid-deskrizzjoni tal-persuna f’idejhom, għal xi t-tlieta ta’ dalgħodu, il-pulizija osservat lil din il-persuna miexja fi Triq Manuel Dimech, Sliema. Ir-raġel twaqqaf minnufih u minn tfittxija li saret fuqu, instab li kellu par ingwanti tal-latex, simili għal dawk li allegatemnt intużaw fil-qtil tal-qtates, kif ukoll xi pakketti tal-ikel tal-qtates.

Wara li ġie arrestat, saret tfittxija fir-residenza fejn jgħix, fejn ġew elevati l-ħwejjeġ kollha li s-suspettat kien deher liebes u li nqabad fil-filmati ta’ numru ta’ kameras tas-sigurtà. Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana, fejn l-investigazzjonijiet se jkomplu fis-sigħat illi ġejjin.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI